Language of document : ECLI:EU:F:2014:58

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

tat-30 ta’ April 2014

Kawża F‑88/13

Desislava Kolarova

vs

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (REA)

“Servizz pubbliku – Persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka – Kwistjonijiet proċedurali– Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Setgħat iddelegati lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ – Delega lill-Uffiċċju ‘Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali’ (PMO) – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-PMO – Rikors ippreżentat kontra l-istituzzjoni li tiddelega – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE minn D. Kolarova u intiż sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kap tad-Diviżjoni “Remunerazzjonijiet u Ġestjoni tad-drittijiet individwali pekunjarji” tal-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (iktar ’il quddiem “PMO 1”) li tiċħad it-talba tagħha ta’ allowance għal ommha bħala persuna assimilata ma’ wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), kif ukoll kumpens għal danni morali li jirriżultaw minn ċerta kritika li l-PMO 1 għamlilha fit-trattament tat-talba tagħha.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. D. Kolarova għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Kwalità ta’ konvenut – Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka – Delega ta’ setgħat mgħoddija lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ – Rikors ippreżentat kontra l-awtorità li tiddelega – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91a)

Fir-rigward tad-drittijiet li l-għoti tagħhom l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka ddelegat l-eżerċizzju tas-setgħat mgħoddija lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ lill-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (PMO), il-leġiżlazzjoni applikabbli u, b’mod partikolari, l-Artikolu 91a tar-Regolamenti tal-Persunal, jindikaw lill-Kummissjoni bħala konvenuta f’każ ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-imsemmi Uffiċċju.

Rikors li bih membru tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka jikkontesta deċiżjoni tal-PMO jkun inammissibbli meta jiġi ppreżentat kontra l-Aġenzija.

(ara l-punti 17 u 18)

Referenza:

Tribunal għas-Servizz: Pubbliku 12 ta’ Diċembru 2013, Hall vs Il‑Kummissjoni u CEPOL, F‑22/12, punt 25.