Language of document : ECLI:EU:T:2010:334





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Awwissu 2010 – Babcock Noell vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-299/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar ta’ interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 79 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c) u 104(3)) (ara l-punti 16-20, 30)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 33)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Telf ta’ okkażjoni li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Dannu li jista’ jwassal għal kumpens sħiħ fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali jew ta’ rikors għad-danni - Nuqqas ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 48-51)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp li din taqa’ taħtu - Ġurisdizzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14, 52-55, 57)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Dannu għar-reputazzjoni tiegħu - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 59)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Dannu għar-reputazzjoni tar-rikorrent - Preponderanza tal-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-interess purament pubbliċitarju tar-rikorrent (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 63-68)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenuta fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tiċħad l-offerti tar-rikorrent u li tagħti lil offerent ieħor il-lott D tal-kuntratt għall-provvista ta’ pakketti ta’ kojls tal-kamp torojdali ITER (ITER Toroidal Field Coils Winding Packs).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.