Language of document : ECLI:EU:T:2013:135

Kawża T‑301/10

Sophie in ’t Veld

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw l-abbozz tal-Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACAC-ACTA) — Dokumenti li jirrigwardaw in-negozjati — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2013

1.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Irtirar mill-istituzzjoni tal-att li huwa s-suġġett tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

2.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Rekwiżit analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Ilmenti mhux ippreżentati fir-rikors — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4(1)(a) u (6)

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Eċċezzjonijiet obbligatorji — Ibbilanċjar minn qabel tal-interessi involuti — Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(a))

5.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Relazzjonijiet internazzjonali — Portata — Dokumenti li jirrigwardaw in-negozjati ta’ ftehim kummerċjali internazzjonali — Inklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a))

6.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Relazzjonijiet internazzjonali — Portata — Dokumenti dwar pożizzjonijiet adottati mill-Unjoni fin-negozjati ta’ Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni — Inklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a))

7.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata

(Artikolu 296 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 70, 71)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 97-100)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 107-110, 200)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 110, 131, 176)

5.      Istituzzjoni tal-Unjoni tista’ legalment tibbaża r-rifjut tagħha ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, sabiex iżommu kunfidenzjali l-pożizzjonijiet tan-negozjati ta’ ftehim internazzjonali.

Fil-fatt, l-imsemmija negozjati jistgħu jiġġustifikaw, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tagħha, ċertu livell ta’ diskrezzjoni li tippermetti li tiġi ggarantita l-fiduċja reċiproka tan-negozjaturi u l-iżvilupp ta’ dibattitu ħieles u effettiv.

L-inizjattiva u t-tmexxija tan-negozjati għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali huma, bħala regola ġenerali, ta’ responsabbiltà tal-eżekuttiv, u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura dwar in-negozjazzjoni u l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali hija neċessarjament limitata, fir-rigward tal-interess leġittimu li l-elementi strateġiċi tan-negozjati ma jiġux żvelati.

(ara l-punti 118-120)

6.      L-iżvelar tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni jew ta’ partijiet oħra għan-negozjati ta’ Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni tista’ tippreġudika l-interess pubbliku protett mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali.

Fil-fatt, minn naħa, ma huwiex eskluż li dan l-iżvelar jista’ jippermetti li jkunu magħrufa, indirettament, pożizzjonijiet ta’ partijiet oħra għan-negozjati. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari meta l-pożizzjoni tal-Unjoni hija espressa b’referenza għal dik ta’ parti oħra negozjatriċi, jew meta l-eżami tal-pożizzjoni tal-Unjoni jew tal-evoluzzjoni tagħha fin-negozjati tippermetti li tiddeduċi, b’mod kemm xejn preċiż, il-pożizzjoni ta’ parti negozjatriċi jew iktar.

Min-naħa l-oħra, għandu jingħad li, fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali, il-pożizzjonijiet meħuda mill-Unjoni, skont in-natura tagħhom, jistgħu jevolvu skont l-iżvolġiment ta’ dawn in-negozjati, ta’ konċessjonijiet u ta’ kompromessi kkonsentiti f’dan il-kuntest mill-partijiet differenti involuti. Il-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tan-negozjati tista’ timplika ċertu numru ta’ kunsiderazzjonijiet tattiċi min-naħa tan-negozjaturi, inkluża l-Unjoni stess. F’dan il-kuntest, ma jkunx eskluż li l-iżvelar mill-Unjoni, lill-pubbliku, tal-pożizzjonijiet proprji tagħha ta’ negozjati, anki jekk il-pożizzjonijiet ta’ negozjati ta’ partijiet oħra jibqgħu sigrieti, jista’ jkollu bħala konsegwenza li fil-prattika, jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità ta’ negozjar tal-Unjoni.

Barra minn hekk, fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali, l-iżvelar unilaterali minn parti negozjatriċi tal-pożizzjoni ta’ negozjati ta’ parti waħda jew iktar, anki jekk prima face dan jidher anonimu, jista’ jkun ta’ natura li jikkawża dannu serju, lill-parti negozjatriċi li l-pożizzjoni tagħha tkun saret pubblika, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-partijiet l-oħra negozjaturi li huma xhieda ta’ dan l-iżvelar, il-klima ta’ fiduċja reċiproka indispensabbli għall-effettività ta’ dawn in-negozjati. F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li dokument ikun proposta fuq il-kooperazzjoni teknika ma jnaqqasx mill-fatt li jammonta għal dokument ta’ negozjar. L-istabbiliment u s-salvagwardja ta’ klima ta’ fiduċja reċiproka fil-kuntest tar-relazzjonijiet internazzjonali huma eżerċizzju delikat ħafna.

Barra minn hekk, tali żvelar huwa ta’ natura li jaffettwa kemm il-kredibbiltà tal-Kummissjoni bħala msieħba tan-negozjati fir-rigward tal-partijiet l-oħra negozjaturi kif ukoll fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-partijiet kollha negozjaturi — u b’hekk tal-Unjoni — ma’ pajjiżi terzi eventwali li jixtiequ jidħlu fin-negozjati.

(ara l-punti 123-126, 128, 139, 145, 170, 172, 175)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 214)