Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 - SGL Carbon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/04)

("Kompetizzjoni − Akkordji − Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi − Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi − Gravità u tul tal-ksur − Prinċipju ta' proporzjonalità − Prinċipju ta' trattament ugwali − Limitu massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ − Interessi moratorji")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SGL Carbon AG (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann u A. von Bonin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u W. Mölls, aġenti, assistiti minn H.-J. Freund, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża C.38.359 − Prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mid-deċiżjoni msemmija.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    SGL Carbon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.04.2004.