Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 - Gogos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/04)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni interna li tinvolvi bidla fil-kategorija- Ħatra - Klassifikazzjoni fil-grad - Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Christos Gogos (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: inizzjalment C. Tagaras, u wara N. Korogiannakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A7, skala 3, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-24 ta' Novembru 2003, li tiċħad l-ilment amministrattiv.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 94, 17.4.2004.