Language of document :

Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2023 minn Arkadiusz Kaminski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-26 ta’ April 2023 fil-Kawża T-35/22, Kaminski vs EUIPO – Polfarmex (SYRENA)

(Kawża C-406/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Arkadiusz Kaminski (rappreżentanti: W. Trybowski, M. Mazurek u E. Pijewska, radcowie prawni)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tas-17 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Arkadiusz Kaminski għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________