Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – Cosilt - Consorzio per lo sviluppo economico locale di Tolmezzo vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

(Kawża C-611/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cosilt - Consorzio per lo sviluppo economico locale di Tolmezzo

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, kif ikkonvertit mil-Ligi 116/2014, li tnaqqas jew iddewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas tal-inċentivi diġà mogħtija mil-liġi u ddefiniti fuq il-bażi ta’ ftehimiet speċifiċi ffirmati mill-produtturi tal-energija elettrika ta’ konverżjoni fotovoltajka mal-Gestore dei servizi energetici SpA, kumpannija pubblika li taqdi l-funzjoni msemmija?

B’mod partikolari, tali dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effett utli; mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; mad-Direttiva Nru 2009/28/KE 1 u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna prevista minnha; u mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’ mod partikolari inkonnessjoni mat-Trattat dwar il-Karta Ewropea tal-Enerġija?

____________

1     Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (GU 2009, L 140, p. 16).