Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Omnicare vs UASI - Astellas Pharma (OMNICARE)

(Kawża T-290/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komuntarja verbali OMNICARE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE - Probabbilità ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tas-servizzi - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Astellas Pharma GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Gutiérrez Martínez, M. H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Mejju 2009 (Każ R 402/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharma GmbH u Omnicare, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Omnicare, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009.