Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Intel Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/09 RENV) 1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq tal-mikroproċessuri – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE – Tnaqqis għal fedeltà – Restrizzjonijiet ‘ovvji’ – Klassifikazzjoni bħala prattika abbużiva – Analiżi tal-kompetitur daqstant effiċjenti – Strateġija komprensiva – Ksur uniku u kontinwu”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Intel Corporation, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Parr, solicitor, D. Beard, QC, u J. Williams, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Di Bucci, N. Khan u M. Kellerbauer, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Association for Competitive Technology, Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Nasry, avukata)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3726 final, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [102 TFUE] u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C-3/37.990 – Intel) jew, sussidjarjament, it-tneħħija jew it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(a) sa (e) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3726 final, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [102 TFUE] u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C-3/37.990 – Intel) huma annullati.

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2009) 3726 final huwa annullat biss sa fejn jikkonċerna lill-Artikolu 1(a) sa (e) ta’ din id-deċiżjoni.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess fil-proċeduri mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-286/09 u T-286/09 RENV u fil-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-413/14 P, żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn Intel Corporation Inc. u minn Association for Competitive Technology, Inc. fl-istess proċeduri, filwaqt li Intel Corporation u Association for Competitive Technology għandhom ibatu kull wieħed terz tal-ispejjeż tagħhom stess.

L’Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir) għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-286/09 u T-286/09 RENV u mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-413/14 P.

____________

1     ĠU C 220, 12.9.2009.