Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2009 - Omnicare vs UASI - Astellas Pharma (preċedentement Yamanouchi Pharma) (OMNICARE CLINICAL RESEARCH)

(Kawża T-289/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Astellas Pharma GmbH (preċedentement Yamanouchi Pharma GmbH) (Heidelberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Mejju 2009 fil-Każ R 401/2008-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti f'dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "OMNICARE CLINICAL RESEARCH", għal servizzi fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark "OMNICARE" għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħda tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell sostna, b'mod żbaljat, li: (a) it-trade marks kienu jixxiebhu; (b) kien hemm użu ġenwin tat-trade mark invokata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni; (ċ) is-servizzi li għalihom intwera li kien hemm użu ġenwin kienu jixxiebhu; u (d) konsegwentement, kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________