Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2009 - Omnicare vs UASI - Astellas Pharma (li qabel kienet Yamanouchi Pharma) (OMNICARE)

(Kawża T-290/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Astellas Pharma GmbH (li qabel kienet Yamanouchi Pharma GmbH) (Heidelberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-14 ta' Mejju 2009, fil-Kawża R 402/2008-4; u

tordna l-ħlas lir-rikorrenti tal-ispejjeż tagħha relatati ma' dan l-appell quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "OMNICARE", għal servizzi fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża "OMNICARE", irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonkluda b'mod żbaljat (a) li t-trade marks inkwistjoni kienu jixxiebhu; (b) li kien hemm użu ġenwin tat-trade mark imsemmija fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni, (ċ) li s-servizzi li għalihom intwera li kien hemm użu ġenwin kienu jixxiebhu u li, għalhekk (d) kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________