Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Frar 2013 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-65/10, T-113/10 u T-138/10) 

["FEŻR - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Programmi operattivi li jaqgħu taħt l-Objettiv 1 (1994-1999), 'Andalucía' u 'Komunità ta' Valencia' - Programm operattiv li jaqa' taħt l-Objettiv 2 (1997-1999), 'Pais Vasco' - Estrapolazzjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament imressqa kontra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2009) 9270, tat-30 ta' Novembru 2009, C (2009) 10678, tat-23 ta' Diċembru 2009, u C (2010) 337, tat-28 ta' Jannar 2010, li jnaqqsu l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija favur, rispettivament, il-programm operattiv "Andalucía", li jaqa' taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 3456, tad-9 ta' Diċembru 1994, il-programm operattiv "Pais Vasco" li jaqa' taħt l-Objettiv 2 (1997-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1998) 121, tal-5 ta' Frar 1998, u l-programm operattiv "Komunità ta' Valencia" li jaqa' taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1994) 3043/6, tal-25 ta' Novembru 1994.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.