Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Frar 2010 - Sphere Time vs UASI - Punch (arloġġi)

(Kawża T-68/10)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sphere Time société anonyme (Windhof, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Punch, société par actions simplifiée (Nice, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta' Diċembru 2009, fil-Każ R 1130/2008-3 u tordna lill-konvenut jikkonferma r-reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju kkontestat; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura preżenti u tistabbilixxi li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta mal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità u ta' appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn irreġistrat għal "arloġġi"

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: id-disinn Komunitarju kkontestat huwa invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: l-appel huwa miċħud

Motivi invokati : ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2001 tal-Kunsill, sa fejn il-Bord tal-Appell inġustament qies li d-disinn inkontestat huwa nieqes minn karattru individwali u li mhuwiex ġdid; ksur tal-Artikolu 61(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2001 tal-Kunsill, sa fejn il-Bord tal-Appell ma qisx korrettament il-motivi u l-provi prodotti mir-rikorrenti matul il-proċedimenti, interpreta b'mod żbaljat il-libertà tad-disinjatur u bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq evalwazzjoni żbaljata, u b'hekk abbuza mill-poter tiegħu f'dan is-sens.

____________