Language of document : ECLI:EU:T:2013:173





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2013 – SOZA vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑413/08)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenzaˮ

1. Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-fatti u tal-liġijiet eżistenti fid-data ta’ adozzjoni tal-att kontenzjuż (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 69)

2. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 82, 129)

3. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni li tikkonsata ksur iżda li ma timponix multa – Applikabbiltà (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) UE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 83-87)

4. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Provi li jistrieħu biss fuq l-aġir tal-impriżi – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur – Obbligi tal-Kummissjoni li jikkontestaw il-plawżibbiltà tal-ispjegazzjonijiet proposti mill-impriżi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 88-92, 98, 152)

5. Akkordji – Projbizzjoni – Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mit-tmiem formali tagħhom – Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 114)

6. Akkordji – Prattika miftiehma – Aġir parallel – Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ ftehim – Limiti – Rifjut, mis-soċjetajiet nazzjonali għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jħallu lil utent stabbilit fi Stat Membru ieħor jaċċeddi direttament għar-repertorju tagħhom – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 128)

7. Rikors għal annullament – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti għat-tressiq ta’ kawża (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 174)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas‑16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

1) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas‑16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, għal dak li jirrigwarda lil Slovenský ochranný Zväz Autorský pre práva k hudobným dielam (SOZA).

2)

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

3) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.