Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2023 – Yadex International vs EUIPO – Armada Gida (doyum)

(Kawża T-209/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yadex International (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Armada Gida Ticaret Sanayi AŞ (Akdeniz, it-Turkija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “doyum” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 249 375

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1436/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 249 375 kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________