Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2012 - National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-565/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: R. Chandrasekera, S. Ashley, C. Murphy, Solicitors, u M. Lester, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012 2 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta' Ottubru 2012 , sa fejn dawk il-miżuri japplikaw għar-rikorrenti;

tordna li l-annullament għandu jkollu effett immedjat u ma jiġix sospiż.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li peress li ma ġie sodisfatt l-ebda wieħed mill-kriterji legali għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista, il-Kunsill wettaq żball manifest meta kkunsidra li kien ġie sodisfatt kull kriterju għall-inklużjoni u li ma teżisti l-ebda bażi legali jew fattwali valida għall-inklużjoni tagħha.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jipprovdi raġunijiet adegwati jew suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrenti.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jiżgura d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt tagħha għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

Ir-raba' motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tar-rikorrenti kisret, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjoni, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-drittjiet tagħha għall-proprjetà, għan-negozju, u għar-reputazzjoni.

____________

1 - Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58).

2 - Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta' Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).