Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ Novembru 2014 – Kaatsu Japan vs UASI (KAATSU)

(Kawża T-567/12)1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KAATSU – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Drittijiet tad-difiża – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaatsu Japan Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u I. Harrington, aġenti)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 435/2012-2), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali KAATSU bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Kaastsu Japan Co.Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.