Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Marzu 2011 - Campailla vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/09)1

"Rikors għad-danni - Termini ta' preskrizzjoni - Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Massimo Campailla (Boulogne-sur-Mer, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Goergen, sussegwentement minn G. Reuter u C. Verbruggen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tintervjeni fi kwistjoni bejn ir-rikorrent u l-Istat tal-Kamerun.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 161, 19.6.2010.