Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2023 – Insider vs EUIPO – Alaj (in Insajderi)

(Kawża T-119/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Insider LLC (Pristina, ir-Repubblika tal-Kosovo) (rappreżentant: M. Ketler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Florim Alaj (Zug, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea in Insajderi – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 255 587

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1152/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-finijiet ta’ proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tar-regoli proċedurali dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO;

Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________