Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di giustizia tributaria di secondo grado della Lombardia (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2024 – Banca Mediolanum SpA vs Agenzia delle Entrate - Direzione Regionale della Lombardia

(Kawża C-93/24, Banca Mediolanum - II)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di giustizia tributaria di secondo grado della Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Banca Mediolanum SpA

Konvenut: Agenzia delle Entrate - Direzione Regionale della Lombardia

Domanda preliminari

Ir-rekwiżit tar-Repubblika Taljana, li jirriżulta mill-Artikolu 6(1) tad-decreto legislativo 446/1997 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 456/1997), li tissuġġetta għall-Imposta Regionale sulle Attività Produttive (IRAP) (it-taxxa reġjonali dwar l-attivitajiet produttivi, iktar ’il quddiem l-“IRAP”) 50 % mid-dividendi rċevuti minn intermedjarji finanzjarji residenti fl-Italja kklassifikati bħala kumpanniji omm skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE 1 tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, u mqassma minn kumpanniji residenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea kklassifikati bħala sussidjarji skont din id-direttiva, mingħajr ma tawtorizza lil dawn il-kumpanniji omm milli jnaqqsu mill-IRAP il-frazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji relatata ma’ tali profitti mħallsa mis-sussidjarji, hija kompatibbli mal-projbizzjoni li l-profitti li l-kumpanniji omm residenti fi Stat Membru rċevew mis-sussidjarji residenti fi Stati Membri oħra jiġu ssuġġettati għat-tassazzjoni b’rata ogħla mill-5% tal-ammont relatat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva?

____________

1     ĠU 2011, L 345, p. 8.