Language of document : ECLI:EU:C:2017:458

Kawża C422/16

Verband Sozialer Wettbewerb e.V

vs

TofuTown.com GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Trier)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 78 u l-Parti III tal-Anness VII – Deċiżjoni 2010/791/UE – Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ – ‘Ħalib’ u ‘prodotti tal-ħalib’ – Denominazzjonijiet użati għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017

1.        Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħalib u prodotti tal-ħalib – Protezzjoni tad-denominazzjonijiet – Esklużjoni bħala prinċipju tad-denominazzjoni “ħalib” u tad-denominazzjonijiet irriżervati għall-prodotti tal-ħalib sabiex jiġu indikati prodotti purament veġetali – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Artikoli 40 TFUE sa 43 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 78(2) u Parti III tal-Anness VII)

2.        Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħalib u prodotti tal-ħalib – Protezzjoni tad-denominazzjonijiet – Esklużjoni bħala prinċipju tad-denominazzjoni “ħalib” u tad-denominazzjonijiet irriżervati għall-prodotti tal-ħalib sabiex jiġu indikati prodotti purament veġetali – Assenza ta’ restrizzjonijiet paragunabbli applikabbli għall-produtturi ta’ sostituti veġetarjani jew vegani tal-laħam jew tal-ħut – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-prodotturi ta’ sostituti veġetarjani jew vegani tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 78(2) u Parti III tal-Anness VII)

3.        Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħalib u prodotti tal-ħalib – Protezzjoni tad-denominazzjonijiet – Użu tad-denominazzjoni “ħalib” jew tad-denominazzjonijiet irriżervati għall-prodotti tal-ħalib għall-promozzjoni u għalll-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali – Inammissibbiltà – Żieda ta’ indikazzjonijiet deskrittivi – Assenza ta’ effett – Eċċezzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 78(2) u Parti III tal-Anness VII; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/791, Anness I)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 45, 46, 48)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49‑51)

3.      L-Artikolu 78(2), u l-Parti III tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-denominazzjoni “ħalib” u d-denominazzjonijiet li dan ir-regolament jirriżerva biss għall-prodotti tal-ħalib jintużaw sabiex jindikaw, waqt il-kummerċjalizzazzjoni jew fir-reklamar, prodott purament veġetali, u dan anki jekk dawn id-denominazzjonijiet huma kkompletati b’indikazzjonijiet spjegattivi jew deskrittivi li jindikaw l-oriġini veġetali tal-prodott inkwistjoni, ħlief jekk dan il-prodott huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/791, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III 1 tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.

(ara l-punt 52 u d-dispożittiv)