Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fis-26 ta’ Ottubru 2023 – Agenciart – Management Artístico, Sociedade Unipessoal, Lda. vs CT

(Kawża C-643/23, Agenciart – Management Artístico)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agenciart – Management Artístico, Sociedade Unipessoal, Lda.

Konvenut: CT

Domanda preliminari

Persuna fiżika li abitwalment, b’korrispettiv ta’ flus, bħala freelancer, twettaq il-professjoni ta’ attriċi, minkejja li din ma għandhiex struttura organizzata ta’ mezzi (sa fejn din tillimita ruħha twettaq tali attività mingħajr ma jkollha binja tagħha nnifisha għad-dispożizzjoni tagħha, mingħajr ma jkollha persunal, u mingħajr ma kollha xi tip ta’ għodda jew tagħmir iddedikati għall-attività professjonali tagħha), għandha tiġi kklassifikata bħala “impriża” skont it-tifsira u l-effetti previsti fil-premessa 5 u fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/7/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali?

____________

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.