Language of document : ECLI:EU:T:2018:320

Kawża T-770/16

Janusz Korwin-Mikke

vs

Il-Parlament Ewropew

“Dritt istituzzjonali – Il-Parlament Ewropew – Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament – Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment tajjeb tal-ħidma parlamentari – Sanzjonijiet dixxiplinari tat-telf tad-dritt għall-allowance ta’ residenza u tas-sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament – Libertà tal-espressjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tal-31 ta’ Mejju 2018

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu

(Art. 263 TFUE)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata u limiti

(Artikolu 296 TFUE)

3.      Drittijiet fundamentali – Libertà ta’ espressjoni – Stabbiliment fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Sens u portata identika

(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u Artikolu 3 TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 11 u 52(3) u (7))

4.      Drittijiet fundamentali – Libertà ta’ espressjoni – Limitazzjonijiet – Kundizzjonijiet – Limitazzjonijiet korrispondenti għal dawk ittollerati fil-kuntest tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 11 u 52(1))

5.      Il-Parlament Ewropew – Membri – Drittijiet – Libertà ta’ espressjoni – Limiti

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 11)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Interpretazzjoni uniformi – Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi – Kuntest u għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni bħala bażi ta’ riferiment

7.      Il-Parlament Ewropew – Membri – Sistema dixxiplinari – Sanzjonijiet – Kumment li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment tajjeb tal-ħidma parlamentari – Neċessità ta’ każijiet serji ta’ diżordni jew sfrattar tal-Parlament

(Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikolu 11 u 166)

8.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali – Annullament tal-att illegali kkontestat – Kumpens adegwat għad-dannu morali

(Artikolu 340(2) TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 23)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 24)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 38)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41-45)

5.      Il-libertà tal-espressjoni tal-membri parlamentari għandha tipprovdi protezzjoni msaħħa fir-rigward tal-importanza fundamentali bħal dik li l-Parlament għandu fis-soċjetà demokratika. Madankollu, għalkemm huwa minnu li l-kummenti magħmula fi ħdan il-Parlament jitolbu grad għoli ta’ protezzjoni, fir-rigward tar-rabta li teżisti bejn in-natura verament demokratika ta’ sistema politika u l-funzjonament tal-Parlament, l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni fi ħdan il-Parlament xi drabi għandha titqiegħed fil-ġenb quddiem l-interessi leġittimi, li huma l-protezzjoni tat-tmexxija tajba tal-attivitajiet parlamentari u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ membri parlamentari.

Minn dan isegwi li, minn naħa, regolament intern ta’ parlament ma jistax jipprevedi l-possibbiltà ta’ sanzjoni ta’ kummenti magħmula mill-membri parlamentari, ħlief fl-ipoteżi fejn dawn jippreġudikaw il-funzjonament tajjeb tal-Parlament jew joħolqu perikolu serju għas-soċjetà, bħalma huma s-sejħiet għall-vjolenza jew għall-mibegħda razzjali. Min-naħa l-oħra, il-poter, irrikonoxxut lill-parlamenti, sabiex jimponu sanzjonijiet dixxiplinari biex tiġi żgurata t-tmexxija xierqa tal-attivitajiet tagħhom jew il-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet, prinċipji jew libertajiet fundamentali, għandu jiġi rrikonċiljat man-neċessità li tiġi żgurata l-osservanza tal-libertà tal-espressjoni tal-membri parlamentari.

(ara l-punti 46, 47, 49, 50)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 55)

7.      Fid-dawl tal-importanza partikolari li għandha l-libertà tal-espressjoni tal-membri parlamentari u tal-limiti stretti li fihom jistgħu jiġu prodotti r-restrizzjonijiet għaliha, l-Artikoli 11 u 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament għandhom jiġu interpretati bħala li ma jippermettux is-sanzjoni ta’ membru minħabba kummenti magħmula fil-kuntest tal-funzjonijiet parlamentari tiegħu, fin-nuqqas ta’ diżordni eċċezzjonalment gravi tas-seduta jew ta’ sfrattar tal-ħidma tal-Parlament. Barra minn hekk, kemm l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura kif ukoll l-Artikolu 166(2) tal-imsemmi regolament jikkonċernaw l-“kondotta” tal-Membri li għandha tosserva ċerti obbligi u ma tikkompromettix t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari u lanqas it-trankwillità fil-bini tal-Parlament. Għall-kuntrarju, il-kummenti, il-kliem jew id-diskors ma jissemmewx u, għaldaqstant, kif inhuma, ma jistgħux ikunu suġġetti għal miżura ta’ sanzjoni. Fl-aħħar, ksur tal-prinċipji ddefiniti fl-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura, li jsir riferiment għalihom fl-Artikolu 166 tal-imsemmija regoli, anki jekk jiġi preżunt li huwa stabbilit, ma jistax, waħdu, jiġi ssanzjonat bħala tali, iżda dan jista’ jsir biss jekk ikun akkumpanjat mill-isfrattar b’mod serju tal-ħidma tal-Parlament. Minn dan jirriżulta li anki jekk wieħed jassumi li l-kummenti magħmula fil-kuntest tal-funzjonijiet parlamentari jistgħu jitqiesu bħala aġir u jistgħu, f’dan ir-rigward, jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura ma setgħux jiġu ssanzjonati fin-nuqqas ta’ diżordni eċċezzjonalment gravi jew sfrattar tal-ħidma tal-Parlament.

(ara l-punti 63, 65, 66, 68)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 77)