Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Picard vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/16) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 – Miżuri tranżitorji dwar ċerti modalitajiet ta’ kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni – Bidla fl-iskema wara l-iffirmar ta’ kuntratt ġdid bħala membru tal-persunal bil-kuntratt – Kunċett ta’ ‘li wieħed ikun fil-kariga’”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maxime Picard (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentanti: M.-A. Lucas u M. Bertha, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tat-tweġiba tal-amministratur tat-taqsima “Pensjonijiet” tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Jannar 2016 u, min-naħa l-oħra, sa fejn ikun neċessarju, tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2016 tad-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-1 ta’ April 2016 kontra d-deċiżjoni jew l-assenza ta’ deċiżjoni li tirriżulta mit-tweġiba tal-4 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Maxime Picard huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 14, 16.1.2017.