Language of document : ECLI:EU:T:2016:234





Ordni tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ April 2016 – Zhang vs EUIPO – K & L Ruppert Stiftung (Anna Smith)

(Kawża T‑295/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Anna Smith – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SMITH – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni komposta minn patronomiku wieħed jew iktar –Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-istess kriterji bħal dawk applikabbli għal kategoriji oħra ta’ trade marks [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 20)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali Anna Smith u SMITH [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 21, 24, 27)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant – Possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) (ara l-punt 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Frar 2015 (Każ R 1559/2014‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels‑KG u Y. Zhang.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Y. Zhang huwa kkundannat għall-ispejjeż.