Language of document : ECLI:EU:T:2013:589





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Novembru 2013 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑570/08 RENV)

“Għajnuna mill-Istat — Servizz postali — Deċiżjoni għal ordni biex tingħata informazzjoni — Natura xierqa tat-terminu — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rilevanza tal-informazzjoni mitluba”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju għall-parti li ppreżentatu — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors kontra d-digriet tal-Kummissjoni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni bħala parti minn proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-għajnuna mill-Istat — Adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura fir-rigward tal-għajnuna, matul il-proċedura ġudizzjarja — Żamma ta’ interess ġuridiku f’annullament ta’ ordni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 41, 42, 44-47)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Ordni tal-Kummissjoni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni — Iffissar tat-terminu — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ambitu u tad-diffikultà tal-informazzjoni mitluba kif ukoll taċ-ċirkustanzi tal-każ — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 10(3) u 13(1)) (ara l-punti 83-85, 93)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Ordni tal-Kummissjoni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-għajnuna (Artikolu 253 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 10) (ara l-punti 96-99, 111, 112)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju ta’ replika — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 114, 115)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Ordni tal-Kummissjoni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni — Rekwiżit ta’ rilevanza u rabta ta’ neċessità bejn l-informazzjoni mitluba u l-ksur imfittex — Obbligu tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 118-120, 145, 146, 154)

6.                     Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punt 142)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji — Neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti ta’ miżura għad-determinazzjoni ta’ vantaġġ tal-benefiċjarju (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punt 158)

8.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Retroattività ta’ regola sostantiva — Kundizzjonijiet (ara l-punt 166)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mhux innotifikata fid-dawl tar-regoli applikabbli fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom — Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività — Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 167, 169)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Ordni tal-Kummissjoni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti — Esklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 176, 177, 181)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tordna li tingħata informazzjoni fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/07 (ex NN 25/07)].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.