Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 - Visonic vs UASI - Sedea Electronique (VISIONIC)

(Kawża T-569/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Visonic Ltd. (Tel Aviv, Iżrael) (rappreżentanti: A. Beschorner u C. Thomas, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sedea Electronique SA (Seclin, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tal-14 ta' Ottubru 2008 fil-Każijiet magħquda R 946/2007-2 u R 1151/2007-2;

tiddikjara t-trade mark Komunitarja No 1 562 982 "VISIONIC" bħala invalida fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI tbati l-ispejjeż tal-proċeduri amministrattivi quddiem il-Bord tal-Appell;

tiffissa ġurnata għas-smigħ ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : Trade mark verbali "VISIONIC" għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità parzjalment milqugħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : Appell fil-Każ 946/2007-2 milqugħ; id-deċiżjoni kkonċernata annullata biċ-ċaħdet tat-talba għall-annullament; Appell tal-Każ R 1151/2007-2 miċħud.

Motivi invokati : Ksur tal-Artikoli 52(3), 8(1)(b) u tar-Regolament tal-Kunsill 40/94, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade mark għax il-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li r-rikorrenti ta' l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja li hija s-suġġett tar-rikors għal dikjarazzjoni ta' invalidità, u, bħala riżultat, naqas milli jeżamina jekk kienx hemm il-probabbiltà ta' konfużjoni bejn l-imsemmija trade marks eżistenti.

____________