Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2010 - Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/08) 1

"Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Ordni li tipprovdi informazzjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Martenczuk, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2008 li tordna li tipprovdi informazzjoni fil-proċedura ta' għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/2007 (ex NN 25/2007)].

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.