Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-109/10)
“Rikors għal annullament – FEDER – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Interreg II/C ‘Inondation Rhin-Meuse’ – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”
1. Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni – Eżami ex officio mill-qorti
(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))
(ara l-punti 65, 67)
2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata
(ara l-punt 66)
3. Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat
(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))
(ara l-punt 73)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Inondation Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008), safejn din tapplika għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu. |
Dispożittiv
1) | | Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Inondation Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008), hija annullata, safejn din tapplika għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu. |
2) | | Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu. |
3) | | Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom. |