Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2022 – Société du Tour de France vs EUIPO – FitX (TOUR DE X)

(Kawża T-604/22)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Société du Tour de France (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. De Haan u S. Vandezande, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FitX Beteiligungs GmbH (Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “TOUR DE X” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 701 039

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 1136/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________