Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - medi vs UASI (medi)

(Kawża T-470/09) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali medi - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner, D. Terheggen u T. Kiphuth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti : inizjalment minn S. Schäffner, sussegwentement minn G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Ottubru 2009 (Każ R 692/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali medi bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Medi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 24, 30.1.2010.