Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-114/12) 1

(Rikors għal annullament – Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea – Ftehimiet internazzjonali – Protezzjoni tad-drittijiet relatati ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir – Negozjati dwar konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa – Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li tawtorizza l-parteċipazzjoni konġunta tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fin-negozjati – Artikolu 3(2) TFUE – Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Hetsch, L. Gussetti u J. Samnadda, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos u D. Warin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Legal, J.-P. Hix, F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer, D. Hadroušek u J. Králová, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, B. Beutler u N. Graf Vitzthum, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Szpunar, B. Majczyna, M. Drwięcki u E. Gromnicka, sussegwentement minn dawn it-tlieta tal-aħħar, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell, aġent, assistit minn R. Palmer, barrister)

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri miġbura fil-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 2011, dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha f’negozjati għal Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir hija annullata.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 138, 12.05.2012.