Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 – Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

(Kawża T-458/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Joseba Larrañaga Otaño (San Sebastian, Spanja); u Mikel Larrañaga Otaño (San Sebastian) (rappreżentant: F. Bueno Salamero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali “GRAPHENE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 13, 23, 25 u 38 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 895 258

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009