Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – CC vs Il-Parlament

(Kawża T-457/13 P)1

(Appell – Appell inċidentali – Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Żbalji fil-ġestjoni tal-lista tal-kandidati li għaddew – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dannu materjali – Aspettattivi leġittimi – Żnaturament tal-fatti – Telf ta’ opportunità – Dannu morali – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: CC (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, CC vs Il-Parlament (F-9/12, ĠabraSP, EU:F:2013:116), u intiż għall-annullament ta’ dan is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, CC vs Il-Parlament (F-9/12), hija annullata.Il-kawża hija rrinvijjata quddiem is-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.