Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Tul tal-ksur – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Kapaċità kontributtiva – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa – Natura xierqa tal-ammont tal-multa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, L. Toffoletti, E. De Giorgi u D. Gullo, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke, F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi Termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Reagens SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.