Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2014 – Stols vs Il-Kunsill

(Kawża T-95/12 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2007 – Deċiżjoni li l-persuna interessata ma tiġix promossa fil-grad AST 11 – Paragun tal-merti – Stħarriġ mill-qorti tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Willem Stols (Halsteren, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Jensen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ Diċembru 2011, Stols vs Il-Kunsill (F-51/08 RENV, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

W. Stols għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.

____________

1 ĠU C 126, 28.04.2012.