Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-21/10) 1

(“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali –Rikors manifestament fondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġrermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Möller, T. Henze u C. Blaschke, sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali (DOCUP) fir-reġjun Objettiv 2 tas-Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali (DOCUP) fir-reġjun Objettiv 2 tas-Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata.

2)    Il-Kummisjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 100, 17.4.2010.