Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-443/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni 2013/255/PESC tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill  .