Language of document : ECLI:EU:T:2014:1049

Kawża T‑90/11

Ordre national des pharmaciens (ONP) et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Franċiż tal-analiżi ta’ bijoloġija medika — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Assoċjazzjoni ta’ impriżi — Ordni professjonali — Suġġett tal-ispezzjoni u tal-investigazzjoni — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur minħabba l-għan — Prezz minimu u ostakoli għall-iżvilupp ta’ gruppi ta’ laboratorji — Ksur uniku u kontinwat — Prova — Żbalji ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u żbalji ta’ liġi — Ammont tal-multa — Punt 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2014

1.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Impriża — Kunċett — Eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Attività marbuta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika — Esklużjoni — Limiti — Użu ħażin ta’ poter

(Artikolu 101(1) TFUE)

2.      Akkordji — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — Kunċett ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi — Ordni professjonali — Kriterji ta’ evalwazzjoni — L-Ordni Nazzjonali tal-Ispiżjara — Inklużjoni — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-interess ġenerali — Assenza fil-każ li l-ordni professjonali tmur lil hinn mill-kuntest stabbilit mil-leġiżlatur — Applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

3.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Setgħa tal-Istati Membri li joħolqu restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika — Assenza ta’ effett fuq l-inammissibbiltà li l-operaturi privati jevitaw ir-regoli ta’ kompetizzjoni

(Artikoli 49 TFUE u 101(1) TFUE)

4.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Evalwazzjoni tal-provi fl-intier tagħhom — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 2 u 31)

5.      Akkordji — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — L-Ordni Nazzjonali tal-Ispiżjara — Obbligu li jaġixxi fil-kuntest stabbilit permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

6.      Akkordji — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — L-Ordni Nazzjonali tal-Ispiżjara — Deċiżjonijiet adottati lil hinn mill-awtorità legali — Inammissibbiltà

(Artikolu 101(1) TFUE)

7.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Obbligu li jiġu indikati s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni mingħajr ma tipproċedi bi klassifikazzjoni legali tal-ksur inkwistjoni

(Artikoli 101(1) TFUE u 296 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

8.      Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Impriża destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li ma kkontestatx il-punti ta’ fatt jew ta’ liġi tagħha matul il-proċedura amministrattiva — Limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għal azzjoni legali — Assenza

(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 52(1))

9.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni — Użu minn informazzjoni miġbura waqt verifika — Limiti — Ftuħ ta’ investigazzjoni fuq aġir li jmur kontra r-regoli ta’ kompetizzjoni f’settur ieħor żvelati b’mod inċidentali waqt verifika — Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

10.    Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Għan jew riżultat antikompetittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Applikazzjoni tal-istess kriterji għal ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma

(Artikolu 101(1) TFUE)

11.    Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat

(Artikolu 101(1) TFUE)

12.    Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Ftehim intiż li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Tfittxija simultanja ta’ għanijiet leġittimi — Assenza ta’ effett — Qbiż minn ordni professjonali tal-limiti tal-missjoni legali tagħha — Ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

13.    Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Estensjoni ta’ motiv eżistenti — Assenza ta’ żvilupp — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

14.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata

(Artikoli 101 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

15.    Kompetizzjoni — Multi — Deċiżjoni li timponi multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti

(Artikoli 101 TFUE, 261 TFUE u 296 TFUE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

16.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza

(Artikoli 101 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

17.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Effett dissważiv fir-rigward kemm tal-impriża li twettaq il-ksur kif ukoll ta’ terzi

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

18.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

19.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt konkret fuq is-suq — Assenza — Rwol primordjali tal-kriterju marbut man-natura tal-ksur

(Artikolu 101(1) TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

20.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi li influwenzaw l-aġir akkużat

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

21.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata — Assenza — Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali partikolari — Teħid inkunsiderazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

1.      Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, attività li, min-natura tagħha, bir-regoli li għalihom hija suġġetta u bl-għan tagħha, ma tagħmilx parti mill-isfera tal-iskambji ekonomiċi jew li hija marbuta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, ma hijiex suġġetta għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni stipulati fit-Trattat. Madankollu, f’dak li jirrigwarda s-setgħa dixxiplinari tal-ordni professjonali, l-eżistenza ta’ tali prerogattiva ma tistax toffri protezzjoni assoluta kontra kull allegazzjoni ta’ aġir restrittiv ta’ kompetizzjoni, peress li l eżerċizzju manifestament mhux xieraq ta’ tali setgħa jikkonsisti, fi kwalunkwe każ, f’użu ħażin ta’ dan il-poter.

(ara l-punti 36, 197, 207)

2.      Kull deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi li tirrestrinġi l-libertà ta’ azzjoni tal-partijiet jew ta’ waħda minnhom ma taqax neċessarjament taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE. Fil-fatt, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal każ partikolari, għandu qabel kollox jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest globali li fih deċiżjoni tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi inkwistjoni ġiet adottata jew toħloq l-effetti tagħha, u b’mod iktar partikolari l għanijiet tagħha, li jikkonsistu, f’dan il-każ, fil-ksib tal-garanziji neċessarji għall-konsumaturi finali tas-servizzi inkwistjoni. Fil-fatt, raġunijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari l-interess tal-eżerċizzju korrett ta’ professjoni, jistgħu jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE għal ċerti restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni meta dawn ikunu neċessarji. F’dan ir-rigward, l-Ordni hija ordni professjonali li tiġbor lill-ispiżjara, li tal-inqas parti minnhom jeżerċitaw attività ekonomika u jistgħu jiġu kklassifikati bħala impriżi, l-azzjoni tagħha għandha tkun fil-kuntest legali maħluq mil-leġiżlatur u mill-awtoritajiet amministrattivi, peress li l-Ordni stess ma għandhiex setgħa leġiżlattiva.

Għalhekk, meta din l-ordni taġixxi abbażi ta’ interpretazzjoni kuntrarja għas-sens litterali tat-testi, jew saħansitra tadotta l-interpretazzjoni l-iktar restrittiva tagħhom fil-kuntest ta’ ċerta strateġija, l-aġir tagħha ma jistax jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE abbażi tal-argument li huwa inerenti sabiex jintlaħaq għan leġittimu. Fil-fatt, ma huwiex korp li jirrappreżenta persuni privati li għandu jestendi l-kamp ta’ protezzjoni tal-liġi għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-interessi ta’ grupp meta l-leġiżlatur ikun stabbilixxa l-limiti tal-protezzjoni offruta u jkun ħalla l-possibbiltà ta’ ċerta kompetizzjoni.

(ara l-punti 37, 38, 40, 41, 347)

3.      Ir-rikonoxximent tas-setgħa tal-Istati Membri li joħolqu restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment għan-nom tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika ma jawtorizzax lil atturi privati jew il-korpi li jirrapreżentawhom li jevitaw ir-regoli tat-Trattat fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni billi jimponu restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni li l-Istat stess ma jistipulax.

(ara l-punt 49)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53-57, 61)

5.      Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni, meta leġiżlatur nazzjonali jkun qies li l-indipendenza ta’ professjoni tista’ tkun iggarantita biżżejjed bl-applikazzjoni flimkien ta’ żewġ ostakoli: jiġifieri, minn naħa, il-limitazzjoni tal-ishma fil-kapital tas-SEL ta’ persuni li ma humiex fil-professjoni għal massimu ta’ 25 % u, min-naħa l-oħra, iż-żamma tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot minn persuni li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fi ħdan is-SEL, ordni tal-ispiżjara għandha taġixxi fil-kuntest ta’ dawn il-limitazzjonijiet, peress li l-prinċipju ta’ indipendenza professjonali ma jistax ikun il-pretest sabiex jiġi ristrett l-aċċess għall-kapital tas-SEL fi strutturi konformi mal-liġi. Għaldaqstant l-interventi ta’ tali Ordni, li kienet għażlet sistematikament li timponi l-interpretazzjoni l-iktar sfavorevoli għall-ftuħ tas-suq għall-gruppi ta’ laboratorji, huma ta’ natura eċċessiva.

Bl-istess mod, f’dak li jirrigwarda l-użu tal-metodu ta’ separazzjoni, li jikkonsisti fis-separazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà tal-ishma ta’ SEL bejn l-użufrutt, li jagħti d-dritt ta’ vot fuq l-allokazzjoni tal-benefiċċji u li jagħti d-dritt għad-dividendi, u n-nuda proprjetà, tali ordni tieħu pożizzjoni ta’ prinċipju li ma hijiex konformi mal-kuntest legali applikabbli u li wasslitha sabiex tikkontesta strutturi li kienu konformi mal-liġi billi talbet li ma jkun hemm l-ebda riferiment fl-istatuti għal kwalunkwe separazzjoni indipendentement mis-sehem tal-kapital miżmum.

(ara l-punti 89, 91, 100, 110, 125, 126)

6.      Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni, quddiem kuntest nazzjonali legali li ma huwiex ikkontestat li jista’ jagħti lok għal interpretazzjoni, ordni tal-ispiżjara ma tosservax il-limiti tas-setgħat legali tagħha meta tassumi ċertu setgħa leġiżlattiva u meta żżid il-piż tal-obbligi tal-kumpanniji li jeżerċitaw professjoni libera li jixtiequ jużaw il-possibbiltajiet legali ta’ ftuħ tal-kapital, b’mod partikolari, meta titlob, b’mod repetittiv u abbażi ta’ interpretazzjoni tal-liġi li hija tagħha, li l-movimenti ta’ azzjonijiet fil-kapital ta’ tali kumpanniji li jaġixxu fi ħdan grupp għandhom ikunu kkomunikati lilha, u li, f’każ ta’ rifjut, tilmenta u tibda b’mod sistematiku proċeduri dixxiplinari kontra l-kumpanniji kkonċernati, u meta jirriżulta, minn provi dokumentali, strateġija li tipprova tostakola l-formazzjoni ta’ gruppi ta’ laboratorji fis-suq.

(ara l-punti 170, 180, 186, 192)

7.      Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni, obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni jirriżulta mill-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, fis-sens li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni għandha tindika s-suġġett u l‑għan tal-ispezzjoni sabiex jiġu protetti d-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. F’dan ir-rigward, jekk il-Kummissjoni għandha tindika bl-iktar mod preċiż possibbli l-preżunzjonijiet li hija tkun beħsiebha tivverifika, hija ma hijiex obbligata li tipproċedi b’klassifikazzjoni legali eżatta tal-ksur inkwistjoni. Hija mitluba tagħti biss deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-ksur issuspettat, għaliex hija tkun għad ma jkollhiex informazzjoni preċiża sabiex tagħti parir legali speċifiku, iżda għandha l-ewwel nett tivverifika l-fondatezza tas-suspetti tagħha kif ukoll il-portata tal-fatti li seħħew.

(ara l-punti 219-221, 231)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 223)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 235)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 305)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 307-310)

12.    Fil-kuntest ekonomiku u ġuridiku kkaratterizzat minn suq ta’ servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika rregolat u protett li jħalli biss possibbiltà mnaqqsa ta’ kompetizzjoni fuq il-prezzijiet permezz ta’ tnaqqis għall-analiżi magħmula fil-kuntest tal-mediċina fil-qasam tax-xogħol, bejn laboratorji u ma’ stabbilimenti ta’ kura jew organi ta’ sigurtà soċjali, id-deċiżjonijiet u l-prattiki ta’ ordni ta’ spiżjara intiżi sabiex jiffissaw prezzijiet tas-suq għandhom għan antikompetittiv li jmur kontra l-Artikolu 101(1) TFUE mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu pprovati l-effetti konkreti tagħhom fuq is-suq. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi sostnut li l-għan tal-ordni fir-rigward ta’ tnaqqis huwa li tipproteġi s-saħħa pubblika billi tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ indipendenza professjonali tal-ispiżjar-bijologu, għaliex l-azzjoni tal-Ordni fir-rigward ta’ tnaqqis tistrieħ fuq interpretazzjoni estensiva tal-kuntest legali. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-ordni setgħet issegwi għan leġittimu ma jeskludix li l-azzjoni tagħha fir-rigward ta’ tnaqqis tista’ titqies li għandha għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

(ara l-punti 322, 327, 346, 347)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 334-342)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 351-353)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 356)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 359, 360)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 362)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 359, 361, 365, 369)

19.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 370, 371)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 375-382)

21.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 384-388)