Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 - BIA Separations vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BIA Separations d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2010 li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward il-Ftehim dwar Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar il-Mekkaniżmu ta' Finanzjament bil-Kondiviżjoni tar-Riskji (C(2008)2181) u l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda il-Ftehim dwar Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward tal-Mekkaniżmu ta' Finanzjament bil-Kondiviżjoni tar-Riskji (C(2008)8058);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti tistrieħ fuq motiv wieħed fejn tallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 296 TFUE peress li naqset milli tirrispondi għall-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal informazzjoni fit-terminu preskritt fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 1.

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 03, p.331.