Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2011 - Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI - Vincci Hoteles (NANU)

(Kawża T-89/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell: Vincci Hoteles S.A. (Alcobendas, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tal-25 ta' Novembru 2010 fil-Każ R 641/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali NANU, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 6, 16, 18, 20, 21, 24, 26 u 35 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6218879

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali NAMMU għal prodotti fil-klassijiet 3, 32 u 44 - trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 5238704

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u, konsegwentement, applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 16, 21 u 35 miċħuda parzjalment, u oppożizzjoni miċħuda għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 18, 20, 21, 24, 26 u 35

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata parzjalment u oppożizzjoni miċħuda għal prodotti fil-klassijiet 4, 16 u 21, il-kumplament tal-appell miċħud u d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 21 u 35 ikkonfermata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kellux raġun jikkunsidra li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-pubbliku rilevanti.

____________