Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Diċembru 2023 – A.N. vs Ministerstvo vnitra

(Kawża C-753/23, Krasiliva 1 )

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.N.

Konvenut: Ministerstvo vnitra

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn 1 jipprekludi, anki meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-ftehim bejn l-Istati Membri intiż sabiex ma jiġix applikat l-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali skont liema applikazzjoni għal permess ta’ residenza għall-finijiet tal-għoti ta’ protezzjoni temporanja hija inammissibbli jekk il-barrani jkun għamel l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor jew jekk diġà rċieva permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor?

Persuna li tgawdi minn protezzjoni temporanja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kontra r-rifjut ta’ Stat Membru li joħorġilha permess ta’ residenza, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 162.