Language of document : ECLI:EU:T:2021:428





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal14 ta’ Lulju 2021 – Nike European Operations Netherlands u Converse Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T648/19)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Nike – Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Prinċipju ta’ distakkament – Vantaġġ – Natura selettiva – Ugwaljanza fit-trattament – Amministrazzjoni tajba – Eżami preliminari insuffiċjenti – Diffikultajiet serji – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Deċiżjoni intiża li tqiegħed il-partijiet interessati f’pożizzjoni li jipparteċipaw b’mod effikaċi fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali

(Artikolu 107(1), 108(2) u 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 6(1))

(ara l-punti 69 sa 87)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni – Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni – Distinzjoni

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 80)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest ta' evalwazzjoni – Deċiżjoni dwar it-taxxa relatata mal-prezz ta’ trasferiment ta’ impriża integrata – Diffikultajiet inerenti għall-analiżi ta’ tali deċiżjoni li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura formali – Obbligu għall-Kummissjoni li teżamina l-eżistenza ta’ eventwali skema ta’ għajnuna – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 99 sa 105, 110 sa 116, 129 sa 138, 155, 159)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Neċessità ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ legalità – Impossibbiltà li tiġi invokata illegalità mwettqa favur ħaddieħor

(ara l-punti 117 sa 119, 173 sa 176)

5.      Rikors għal annullament – Motivi – Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa – Aggravju ineffettiv

(ara l-punti 139 sa 141)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja f’każ ta’ diffikultajiet serji – Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikoli 4,  5 u 6)

(ara l-punti 149 sa 164)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura Amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami diliġenti u imparzjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli – Portata tal-obbligu – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punti 168 sa 171)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6 finali, tal-10 ta’ Jannar 2019, li tirrigwarda l-għajnuna mill-Istat SA.51284 (2018/NN) – in-Netherlands – Għajnuna mill-Istat possibbli favur Nike, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nike European Operations Netherlands BV u Converse Netherlands BV huma kkundannati għall-ispejjeż.