Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kisba ta’ kumpens għad-dannu materjali sostnut mir-rikorrenti minħabba kalkolu irregolari tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Jannar 2013, li ġiet riċevuta mir-rikorrenti fit-28 ta’ Jannar 2013, li tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-PMO.1, tat-30 ta’ Marzu 2012, sa fejn din tillimita sal-1 ta’ Marzu 2007 t-talba ta’ din tal-aħħar intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu materjali sosnut mill-fatt li sar kalkolu irregolari tal-allowance tal-kundizzjonijet tal-għajxien li r-rikorrenti għandha dritt għaliha sa mit-22 ta’ Settembru 2002 u sa fejn din tieħu kont tal-pensjoni għall-orfni tat-tifla tar-rikorrenti bejn l-1 ta’ Marzu 2007 u l-31 ta’ Awwissu 2008 għall-kalkolu tal-imsemmija allowance;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Frar 2013, li ġiet riċevuta mir-rikorrenti fil-5 ta’ Frar 2013 kif ukoll ir-rendikont tar-remunerazzjoni tagħha tax-xahar ta’ Frar 2013 f’dak li jikkonċerna l-kodiċi ta’ regolarizzazzjoni RRV relatat ma’ kumpens għad-dannu ċċitat iktar ’il fuq impost fl-1 ta’ Marzu 2007, filwaqt li żżomm l-effetti ta’ dan ir-rendikont sal-adozzjoni ta’ rendikont ġdid li japplika b’mod korrett l-Artikolu 10 tal-Anness 10 tar-Regolamenti tal-Persunal mill-31 ta’ Diċembru 2011 sat-22 ta’ Settembru 2002;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ somma provviżorja addizzjonali ta’ EUR 11 000, għad-dannu fir-rigward tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien sostnut mir-rikorrenti bejn it-22 ta’ Settembru 2002 u l-31 ta’ Awwissu 2008 kif ukoll sabiex tħallas l-interessi li għandhom jiġu kkalkolati fuq id-dannu kollu sostnut f’dan il-kuntest bejn it-22 ta’ Settembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2011, mid-dati ta’ skadenza rispettivi tal-imsemmija ħlasijiet sal-jum tal-ħlas effettiv tagħhom u kkalkolati abbażi tar-rati ffissati mill-BĊE għall-operazzjonijiiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid li seħħew matul il-perijodu kkonċernat, b’żieda ta’ żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.