Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2016 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/13) 1

(“Rikors għal annullament – Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Proġetti MARE, Senior u ECRN – Irkupru ta’ parti mill-għajnuna finanzjarja mħallsa – Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv – Natura tal-motivi invokati – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: S. Famiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4696 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 212 411.89, flimkien mal-interessi, dovuta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proġetti MARE, Senior u ECRN.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Inclusion Alliance for Europe GEIE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 15, 18.1.2014.