Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2013 – European Space Imaging vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: European Space Imaging (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Trautner, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkomunikata b’ittra tal-5 ta’ Ġunju 2013 dwar l-annullament tal-proċedura ristretta;

tannulla d-deċiżjoni kkomunikata b’ittra tal-5 ta’ Ġunju 2013 dwar l-għoti mill-ġdid ta’ kuntratt permezz ta’ proċedura miftuħa;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ir-rikorrenti ssostni li bl-annullament tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt dwar il-provvista ta’ data ta’ remote sensing bis-satellita u servizzi konnessi insostenn tal-verifiki mwettqa fl-ambitu tal-politika agricola komuni (AB1. 2012/S 183-299769), il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju 1 . F’dan il-kuntest, hija tesponi b’mod partikolari li l-metodu adottat mill-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipju ġenerali li l-annullament ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għandu jikkostitwixxi l-aħħar mezz (“ultima ratio”). Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kellha tistieden lill-kandidati jippreżentaw offerti konkreti qabel ma hija setgħet tiddeċiedi li ebda offerta ekonomikament vantaġġuża ma ġiet fil-fatt ippreżentata.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenzaFil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li billi rrifjutat li tipprovdi informazzjoni konkreta bħala motivazzjoni għall-annullament tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju. Huwa prattikament impossibbli għar-rikorrenti li tivverifika jekk ir-raġunijiet invokati humiex madankollu fondati. Hija tispjega wkoll li n-natura ferm speċjalizzata tas-suq tal-fornituri fil-qasam tad-data ta’ remote

sensing bis-satellita għandha l-effett li tillimita b’mod kunsiderevoli n-numru ta’ fornituri potenzjali. Hija tikkritika l-fatt li, qabel ma ddeċidiet li tannulla l-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt, il-Kummissjoni ma indikatx li fin-nuqqas li jintlaħaq numru determinat ta’ kandidati, l-annullament tal-proċedura kellu jittieħed inkunsiderazzjoni.