Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: easyJet Airline Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. J. Werner u R. Marian, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 2727 finali tat-3 ta’ Mejju 2013 fil-Każ COMP/39.869 – easyJet/Schiphol hija nulla; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi (interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 1 ) flimkien ma’ żball manifest ta’ evalwazzjoni (konklużjoni żbaljata li l-proċeduri nazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi kienu ekwivalenti għal dawk ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li kkunsidrat il-każ).It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżit proċedurali essenzjali, jiġifieri tonqos milli tagħti raġunijiet xierqa għaċ-caħda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li r-rikorrenti ressqet għall-attenzjoni tagħha.