Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/10 RENV) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Akkomodazzjoni soċjali – Skemi ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali –Għajnuna eżistenti – Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonlinie (Woudrichem, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Allee Wonen (Roosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Volksbelang (Wijk bij Duurstede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting WoonInvest (Leidschendam-Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Woonstede (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Glazener u E. Henny, sussewgwentement minn P. Glazener, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn T. Materne u J.-C. Halleux, sussewgwentement minn J.-C. Halleux, aġenti)Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Meulenbelt, avukat)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika permezz ta’ proġetti għall-benefiċċju ta’ kumpanniji ta’ akkomodazzjoni. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju tal-Belġju u Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN), għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.