Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2007 - Borco-Marken-Import Matthiesen vs L-UASI (Caipi)

(Kawża T-405/04)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Caipi - Raġuni relattiva għal rifjut − Karattru deskrittiv − Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneidner, aġent)

Suġġett tal-kawża

Rikors mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Awwissu 2004 (kawża R 912/2002-2), li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Caipi bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 314, 18.12.2004.