Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Ofree vs EUIPO – Gamigo (gamindo)

(Kawża T-91/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ofree Srl (Treviso, l-Italja) (rappreżentant: L. Sergi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gamigo AG (Amburgo, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “gamindo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 105 987

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 632/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-proċedimenti f'din il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001, tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296(2) TFUE.

____________